Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 115

Nirnexxu fi Triqitna

Nirnexxu fi Triqitna

(Ġożwè 1:8)

1. B’Kliem Ġeħova nitgħaxxqu ferm.

Dejjem Kelmtu naqraw.

U illissnu kull ħsieb fis-skiet;

Nobdu w nimmeditaw.

Jalla gwida din tkun f’kull pass,

F’kull ħsieb illi jingħad.

(KOR)

Aqra, mmedita w obdi int;

Minn Jah tkun approvat.

Biex suċċess tikseb żgur, kuljum

Imxi f’t’Alla t-triqat.

2. Kulmin mexxa lil Israel,

Ngħata kmand li kien dan:

‘T’Alla l-Liġi tinkiteb trid

Minn idejn kull sultan.

Jekk hu jaqra minn din kuljum,

Hu bla dnub se jinstab.’

(KOR)

Aqra, mmedita w obdi int;

Minn Jah tkun approvat.

Biex suċċess tikseb żgur, kuljum

Imxi f’t’Alla t-triqat.

3. Jekk minn kliemu naqraw kuljum,

Tama w serħ nakkwistaw.

Faraġ jiksbu l-qlub imnikktin;

Fidi Fih nirfinaw.

Meta Kelmtu inħaddnu sew,

Frott żgur nagħtu fil-ħsad.

(KOR)

Aqra, mmedita w obdi int;

Minn Jah tkun approvat.

Biex suċċess tikseb żgur, kuljum

Imxi f’t’Alla t-triqat.