Għanja 26
O Imxi m’Alla!
1. O imxi m’Alla b’umiltà;
B’qalb tajba, b’verità.
Lejn Alla żomm l-integrità;
Ħa jtik vitalità.
Jekk int mal-verità żżomm sod,
Tismax mill-qarriqin,
Id f’id ma’ Jah, afdah b’kull mod,
Kif jagħmlu t-tfal ċkejknin.
2. O imxi m’Alla b’purità;
Attent, taqax fid-dnub.
Irsisti għall-maturità,
B’hekk minnu tkun maħbub.
Fuq kulma huwa veru w pur
Ġust, safi u sabiħ,
Kun medhi f’dawn u b’sabar tfur,
U ’l Alla afda fih.
3. O imxi m’Alla b’fedeltà,
Għax b’hekk int tikseb żgur
Tant ferħ dejjiemi w sigurtà,
Li huma taʼ valur.
O imxi m’Alla w kun ferħan,
Għannilu int b’tifħir.
M’hemm ebda ferħ li jisboq dan;
Ix-xogħ’l kbir tax-xandir.
(Ara wkoll Ġen. 5:24; 6:9; Flp. 4:8; 1 Tim. 6:6-8.)