Għanja 125
Sottomissjoni b’Lealtà għall-Ordni Teokratiku
1. Taʼ Ġeħova l-poplu jxandar sa truf l-art
Verità tas-Saltna taʼ valur bla għadd,
Bl-ordni teokrat’ku dejjem jitmexxew
U f’unjoni jibqgħu, b’lealtà tassew.
(KOR)
Sottomissjoni u devozzjoni,
Lil Alla għandna ntuh.
Kenn hu jagħtina, mħabba jurina,
Meta lealtà nuruh.
2. Alla ta l-ispirtu u l-qaddej b’għotjiet.
Jaqdu bħala gwida f’t’Alla l-mogħdijiet.
Jalla nibqgħu sodi, nfittxu li nogħġbuh
Il-kliem tiegħu t’għerf bil-lealtà nxandruh!
(KOR)
Sottomissjoni u devozzjoni,
Lil Alla għandna ntuh.
Kenn hu jagħtina, mħabba jurina,
Meta lealtà nuruh.
(Ara wkoll Lq. 12:42; Ebr. 13:7, 17.)