Għanja 68
Talba taʼ Min Ikun Batut
(Salm 4:1)
1. Ġeħova qed nitolbok: “Ħenn għalija;
“ismaʼ t-talb.”
It-toqol tiegħi kbir u l-ġrieħi
nifdu fond fil-qalb.
Imnikket jien; b’tamiet għalxejn l-ispirtu
hu miksur.
O Alla int farraġni;
nixtieq tiegħek il-favur.
(KOR)
Biex inkun sod qajjimni int.
Kull dubju temm, ħa nkun konvint.
Saħħaħni sew għax iddisprat.
Ġeħova fik biss ruħi fdat.
2. Jekk dgħajjef jien inkun, faraġ
u kenn Kelmtek iġġib,
Tesprimi din xi nħoss meta kliem
ma nkunx nistaʼ nsib.
Li mħabbtek akbar hi minn qalbi
wrini għax ansjuż.
Ibnili l-fidi b’Kelmtek u
agħmilni fiduċjuż.
(KOR)
Biex inkun sod qajjimni int.
Kull dubju temm, ħa nkun konvint.
Saħħaħni sew għax iddisprat.
Ġeħova fik biss ruħi fdat.
(Ara wkoll Salm 42:6; 119:28; 2 Kor. 4:16; 1 Ġw. 3:20.)