Għanja 13
Talba taʼ Radd il-Ħajr
1. Int biss Ġeħova, jistħoqqlok tifħir,
Lilek Sovran, inkantawlek b’ferħ kbir.
Ħa mmilu lejk, Int li tismaʼ it-talb,
Kenn sibna fik għax tħarisna mill-qalb.
Li aħna lkoll dgħajfin jikxfu l-ħtijiet;
Maħfra nitolbu għan-nuqqasijiet.
Aħna b’demm Ibnek l-għażiż mixtrijin.
Minnek nixtiequ li niġu mgħallmin.
2. Hieni kulmin int stidint biex iqim
F’tiegħek il-btieħi taʼ dawl u tagħlim.
Dwarek ħarriġna; int mimli bid-deh’n.
It-tempju tiegħek għalina hu kenn.
Qawwet idejk saħħret lilna l-bnedmin,
Tnissel kuraġġ biex żgur nibqgħu weqfin.
Glorja ’l Saltnatek O Alla tant kbir.
Ma tfalli qatt, dan ngħiduh fix-xandir.
3. Ħa niksbu ferħ għax tipprovdi l-ħarsien,
Jalla int tkun meqjum ma’ kullimkien.
B’tiegħek it-tjieba Saltnatek tkun ġiet,
Biex tneħħi l-mewt, il-mard, dmugħ, u l-inkwiet.
Dal-ħażen kollu Ġesù se jneħħih;
U l-ħolqien li mbierek b’ferħ se jistrieħ.
Grati lkoll ngħannu b’għajjat vittorjuż:
“Faħħru ’l Ġeħova, s-Sultan ferm glorjuż!”
(Ara wkoll Salm 65:2, 4, 11; Flp. 4:6.)