Għanja 47
Xandar l-Aħbar Tajba
1. Tas-Saltna l-verità għal żmien twil din inħbiet.
F’dal-jiem l-identità tan-Nisel intweriet.
Ġeħova jħobb is-sewwa, huwa tant ħanin
Li jqis l-istat imwiegħer, midneb, tal-bnedmin.
Hu ħejja l-għan biex Ibnu jaħkem fuq din l-art;
Tas-Saltna l-ħakma Alla jġib fil-ħin u fil-waqt.
Għal Ibnu xtaq għarusa ferm mogħnija b’ġieħ,
Il-magħżulin tal-merħla ċkejkna hu jagħtih.
2. L-aħbar li nxandru ilha mbassra ħafna żmien.
Ġeħova jrid li ssir magħrufa f’dawn il-jiem.
U magħna żgur jitgħaxxqu l-anġli jieħdu seh’m,
F’li ngħinu n-nies biex jiksbu l-verità u d-deh’n.
F’daż-żmien tat-tmiem ngħatajna lkoll l-unur u d-dmir
Li ’l ismu nqaddsu u bi dritt nagħtuh kull tifħir.
B’dan l-isem bħala Xhieda aħna tant kburin
Bl-aħbar taʼ dejjem li inxandru llum qegħdin.
(Ara wkoll Mk. 4:11; Atti 5:31; 1 Kor. 2:1, 7.)