Għanja 126
Xogħol Magħmul bl-Imħabba
1. Ġeħova, dan hu il-jum;
Nitolbu minn qalbna illum.
Lilna kemm tajt unur, u favur,
Dan rajnieh kuljum!
Il-barka tiegħek int tajt;
Xogħ’lna taʼ mħabba inti rajt.
Ix-xogħ’l b’idejna sar taʼ did-dar
Li int approvajt.
(KOR)
Kien privileġġ tant kbir, Ġeħova,
Li nibnu dan il-post għalik.
Jalla kuljum bis-sħiħ inkomplu naqduk b’fervur
U kulħadd żgur tifħir jagħtik.
2. Uċuħ jitbissmu naraw,
U ħbieb tal-qalb żgur ksibna hawn!
Ngħożżu dat-tifkiriet b’tant barkiet.
Dejjem naħsbu f’dawn!
Mulej, l-ispirtu rajnieh;
Magħqudin f’ħidma b’mod ferrieħ.
Lil ismek kemm tajnieh glorja w ġieħ;
Dan rigal sabiħ!
(KOR)
Kien privileġġ tant kbir, Ġeħova,
Li nibnu dan il-post għalik.
Jalla kuljum bis-sħiħ inkomplu naqduk b’fervur
U kulħadd żgur tifħir jagħtik.
(Ara wkoll Salm 116:1; 147:1; Rum. 15:6.)