Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 154

Aħna se nibqgħu nissaportu

Aħna se nibqgħu nissaportu

Niżżel:

(Mattew 24:13)

  1. Kif tistaʼ żżomm sod

    Matul il-​provi fl-​aħħar jiem?

    Imita ’l Ġesù

    Li issaporta bla waqfien.

    Il-​wegħdi taʼ Alla

    Ġabulu ferħ u sliem.

    (KOR)

    Hemm bżonn li tissaporti

    B’fiduċja f’dan iż-​żmien.

    Bi mħabbtu nibqgħu sodi,

    B’hekk nibqgħu nissaportu lkoll sat-​tmiem.

  2. Gwaj, inkwiet, u wġigħ

    Nistgħu inġarrbu tul is-​snin.

    Biss minkejja d-​dmugħ

    Niftakru x’ħajja hemm viċin.

    Dit-​tama tant soda

    Iżżommna qawwijin.

    (KOR)

    Hemm bżonn li tissaporti

    B’fiduċja f’dan iż-​żmien.

    Bi mħabbtu nibqgħu sodi,

    B’hekk nibqgħu nissaportu lkoll sat-​tmiem.

  3. Qlubna ma naqtgħux

    Minħabba d-​dubji u l-​beżgħat.

    Naqdu b’lealtà

    Għax jum Ġeħova mhux ġej tard.

    It-​tmiem hu fil-​qrib ferm,

    B’hekk żgur ma nċedu qatt.

    (KOR)

    Hemm bżonn li tissaporti

    B’fiduċja f’dan iż-​żmien.

    Bi mħabbtu nibqgħu sodi,

    B’hekk nibqgħu nissaportu lkoll sat-​tmiem.