GĦANJA 86
Irridu niġu mgħallmin
-
1. B’ferħ ejjew ħalli nitgħallmu dwar Ġeħova.
Hu qal, “Għall-ilma tal-ħajja ejjew.”
Alla ipprovda tant taħriġ siewi,
Dawk bil-għatx għall-verità jithennew.
-
2. Qatt m’għandna nwarrbu fil-ġenb il-laqgħat tagħna,
Għandna nitgħallmu dak li hu korrett.
Mal-għeżież ħutna, b’t’Alla l-ispirtu,
Hawn żgur nissaħħu biex nimxu b’mod rett.
-
3. Dawk li jkantaw tifħir, kemm jagħtuna qawwa!
Kemm hu sabiħ kliem dawk li ġew mgħallmin!
Jalla ningħaqdu mal-poplu t’Alla.
U nkunu fosthom hawnhekk miġburin.
(Ara wkoll Ebr. 10:24, 25; Riv. 22:17.)