Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għal Reviżjoni Bħala Familja

Għal Reviżjoni Bħala Familja

X’Hemm Differenti?

Tistaʼ ssib it-​tliet differenzi bejn stampa A u stampa B? Ikteb it-​tweġibiet tiegħek fil-​linji t’hawn taħt, u lesti l-​istampi billi tpinġihom bil-​kulur.

ĦJIEL: Aqra Isaija 6:1-​8.

1. ․․․․․

2. ․․․․․

3. ․․․․․

4. Liema stampa hi korretta, stampa A jew stampa B?

GĦAL DISKUSSJONI:

X’attitudni tajba kellu Isaija? Kif tistaʼ turi li għandek spirtu umli u li lest li tgħin?

ĦJIEL: Aqra Salm 110:3; Mattew 28:19, 20.

ATTIVITÀ BĦALA FAMILJA:

Qabbad kull membru tal-​familja jirriċerka fatti dwar l-​irwol tal-​anġli. Imbagħad iltaqgħu flimkien, u għidu x’tgħallimtu. Pereżempju, x’inhuma xi responsabbiltajiet tal-​anġli?

ĦJIEL: Aqra Salm 34:7; Ebrej 1:14; Rivelazzjoni 14:6, 7.

Huma organizzati l-​anġli?

ĦJIEL: Aqra Salm 103:19-​21.

Huma l-​anġli umli u lesti li jgħinu ’l oħrajn?

ĦJIEL: Aqra Mħallfin 13:17, 18; Luqa 22:43; Rivelazzjoni 22:8, 9.

Ġemmaʼ u Tgħallem

Qasqasha, itwiha min-​nofs, u erfagħha

KARD TAL-​BIBBJA 9 ĠEREMIJA

MISTOQSIJIET

A. Ġeħova uża lil Ġeremija biex jikteb liema erbaʼ kotba tal-​Bibbja?

B. Veru jew falz? Ġeremija baqaʼ ma żżewwiġx.

Ċ. Kompli l-​istqarrija taʼ Ġeremija: “F’qalbi [l-​kelma t’Alla] saret bħal . . . ”

[Tabella]

4026 Q.E.K. 1 E.K. 98 E.K.

Inħalaq Adam Għex madwar Inkiteb l-​aħħar

650 sena qabel Ġesù ktieb tal-​Bibbja

[Mappa]

Għex Ġerusalemm. Ivvjaġġa sax-​Xmara Ewfrat u l-​Eġittu—Ġeremija 13:1-​9; 43:8-​13

EĠITTU

Ġerusalemm

L-​Ewfrat

ĠEREMIJA

DETTALJI

Magħżul minn qabel it-​twelid biex ikun profeta. (Ġeremija 1:1-​5) Ġeremija qeda lil Alla lealment għal iktar minn 65 sena. Minkejja li Ġeremija ħassu bla esperjenza u beżaʼ jitkellem, Ġeħova qallu: “Tibżax . . . , għax ‘jien miegħek biex neħilsek.’”—Ġeremija 1:6-​8.

TWEĠIBIET

A. L-​Ewwel u t-​Tieni Slaten, Ġeremija, u Lamentazzjonijiet.

B. Veru.—Ġeremija 16:1-​4.

Ċ. “. . . nar jaqbad magħluq f’għadmi.”—Ġeremija 20:9.

KARD TAL-​BIBBJA 10 SALAMUN

MISTOQSIJIET

A. Salamun talab, mhux għal rikkezzi jew għomor twil, imma għal xiex?

B. Imla l-​vojt. Salamun kien jaf jitkellem _____ proverbju, u l-​għanjiet tiegħu kienu ______.

Ċ. Salamun ngħata liema isem ieħor?

[Tabella]

4026 Q.E.K 1 E.K. 98 E.K.

Inħalaq Adam Għex madwar Inkiteb l-​aħħar

1000 sena qabel Ġesù ktieb tal-​Bibbja

[Mappa]

Is-​sultana taʼ Xeba vvjaġġat xi 2,400 kilometru biex tismaʼ l-​għerf taʼ Salamun

XEBA

Ġerusalemm

SALAMUN

DETTALJI

It-​tieni iben taʼ David u Bat-​xeba. Salamun mexxa lil Iżrael għal 40 sena. Bena dar kbira għall-​qima taʼ Ġeħova. (1 Slaten 5:2-​5) Ġeħova uża lil Salamun biex jikteb il-​kotba tal-​Proverbji, l-​Ekkleżjasti, u l-​Għanja taʼ Salamun. Ħbiberija ħażina man-​nisa barranin tiegħu begħditu minn Ġeħova.—1 Slaten 11:1-​6.

TWEĠIBIET

A. Qalb ubbidjenti.—1 Slaten 3:5-​14

B. 3,000, 1,005.—1 Slaten 4:29, 32.

Ċ. Ġedidija, li jfisser “Maħbub minn Ġeħova.”—2 Samwel 12:24, 25.

KARD TAL-​BIBBJA 11 ĠUŻEPPI

MISTOQSIJIET

A. Imla l-​vojt. Ħut Ġużeppi mill-​missier sejħulu “dak li jħobb _______,” u bigħuh fil-​jasar għal __ biċċa tal-​fidda.

B. Meta mart Potifar għamlitlu pressjoni biex ikollu x’jaqsam magħha, Ġużeppi wieġeb bis-​sod, “Kif nistaʼ jien nagħmel dan il-​ħażen hekk kbir u . . . ”

Ċ. Il-​Fargħun għala ħatar lil Ġużeppi bħala t-​tieni mexxej fl-​Eġittu?

[Tabella]

4026 Q.E.K. 1 E.K. 98 E.K.

Inħalaq Adam Għex xi Inkiteb l-​aħħar

1700 sena qabel Ġesù ktieb tal-​Bibbja

[Mappa]

Meħud minn Dotan għall-​Eġittu

Dotan

EĠITTU

ĠUŻEPPI

DETTALJI

L-​ewwel tifel li twieled lil Ġakobb u Rakele. (Ġenesi 35:24) Ħutu mill-​missier għajjurin bigħuh fil-​jasar fl-​Eġittu, fejn dam xi 13-​il sena bħala skjav jew priġunier. Minflok ma pattihielhom, Ġużeppi ħafer lil ħutu mill-​missier li kienu nidmu. (Ġenesi 50:15-​21) Għalkemm ’il bogħod mid-​dar, hu onora lil Ġeħova u baqaʼ safi, jaħdem iebes, u taʼ min jafdah.—Ġenesi 39:1-​23.

TWEĠIBIET

A. Joħlom, 20.—Ġenesi 37:19, 28.

B. “. . . nidneb kontra Alla?”—Ġenesi 39:9.

Ċ. Hu kien jaf li l-​ispirtu t’Alla għamel lil Ġużeppi għaref u għaqli.—Ġenesi 41:38-​41.

KARD TAL-​BIBBJA 12 ISAIJA

MISTOQSIJIET

A. Min mar maʼ Isaija biex iwassal messaġġ lis-​Sultan Aħaż?

B. Meta Ġeħova staqsieh, “Lil min se nibgħat?” Isaija kif wieġeb?

Ċ. Isaija pprofetizza: “L-​art se tkun mimlija . . . ”

[Tabella]

4026 Q.E.K. 1 E.K. 98 E.K.

Inħalaq Adam Għex madwar Inkiteb l-​aħħar

700 sena qabel Ġesù ktieb tal-​Bibbja

[Mappa]

Għex Ġerusalemm

Ġerusalemm

ISAIJA

DETTALJI

Profeta leali li għamel il-​qima t’Alla attività tal-​familja. Tahom eżempju tajjeb bil-​mod kif wettaq il-​ministeru tiegħu. Martu kienet tissejjaħ “il-​profetessa.” (Isaija 7:3; 8:3, 18) Isaija qeda lil Alla għal minn tal-​inqas 46 sena. Ismu jfisser “Salvazzjoni taʼ Ġeħova.”

TWEĠIBIET

A. Ibnu, Segħar-​ġasub.—Isaija 7:3.

B. “Hawn jien! Ibgħat lili.”—Isaija 6:8.

Ċ. “. . . bl-​għarfien taʼ Ġeħova.”—Isaija 11:9.

Biex tipprintja iktar kopji taʼ “Għal Reviżjoni Bħala Familja,” mur fil-​websajt www.mr1310.com

● It-​tweġibiet “GĦAL REVIŻJONI BĦALA FAMILJA” jinsabu f’paġna 28

TWEĠIBIET GĦAL PAĠNA 29

1. L-​anġlu għandu sitt ġwienaħ f’waħda mill-​istampi imma erbgħa fl-​oħra.

2. L-​anġlu għandu mqass tan-​nar f’idu f’waħda mill-​istampi imma xabla fl-​oħra.

3. Il-​ġamra tmiss xofftejn Isaija f’waħda mill-​istampi imma tmiss idejh fl-​oħra.

4. B.