“Dan il-Ktieb Hu Kapolavur”
● Tixtieq taqra dwar kull ġrajja mniżżla bil-miktub taʼ meta Ġesù Kristu kien fuq l-art, kif ukoll dwar it-tagħlim tiegħu li jbiddel il-ħajjiet u t-tixbihat li diffiċli biex jintesew? Jekk iva, int mistieden taqra l-ktieb L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex.
Wara li studja dan il-ktieb, qarrej li japprezza stqarr: “Il-ktieb miktub b’tali mod li faċli biex jinftiehem, imma fl-istess ħin fih dettalji sbieħ dwar il-ħajja taʼ Sidna waqt li kien fuq l-art. Dan il-ktieb hu kapolavur.”
Sa fejn nafu, il-ġrajjiet f’dan il-ktieb huma mniżżlin bl-ordni li seħħew. Huwa bbażat fuq il-kitbiet ispirati minn Alla taʼ erbaʼ wħud li kienu jgħixu fi żmien Ġesù, il-kittieba tal-Evanġelji Mattew, Marku, Luqa, u Ġwanni. Mattew u Ġwanni kienu appostli u mseħbin fl-ivvjaġġar taʼ Ġesù. Marku kien ħabib mill-qrib taʼ Pietru, wieħed mill-appostli taʼ Ġesù. U t-tabib Luqa kien sieħeb fl-ivvjaġġar tal-appostlu Kristjan Pawlu.
Jekk tixtieq li jkollok kopja taʼ dan il-ktieb, sempliċement imla l-kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-ktieb muri hawnhekk.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.