Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

 ĠIET DISINJATA?

Is-Sistema Navigazzjonali tal-Girwiel taʼ Denbu bl-Istrixxi

Is-Sistema Navigazzjonali tal-Girwiel taʼ Denbu bl-Istrixxi

IL-GIRWIEL taʼ denbu bl-istrixxi jagħmel waħda mill-iktar pases affaxxinanti magħrufin mill-bniedem. Il-vjaġġ twil 11,000 kilometru tal-għasfur jistaʼ jieħu iktar minn tmint ijiem.

Ikkunsidra: Xi riċerkaturi jemmnu li għan-navigazzjoni, xi tipi taʼ għasafar jużaw il-qawwa manjetika tal-art, bħallikieku kellhom xi boxxla f’moħħhom. Hu possibbli li l-girwiel isib triqtu wkoll permezz tax-xemx binhar u permezz tal-kwiekeb billejl. Donnu li l-girwiel jistaʼ wkoll iħoss maltempati li jkunu resqin u li permezz tagħhom ikun jistaʼ jibbenefika mill-irjieħ li jkunu ġejjin minn warajh. Xorta waħda, id-dettalji taʼ kif dawn l-għasafar jagħmlu l-vjaġġ inkredibbli tagħhom iħallu lill-esperti mbellhin. Il-bijologu Bob Gill jgħid: “Ili 20 sena nistudja dwarhom, u għadhom iġibuli għajnejja wara widnejja.”

Int X’Taħseb? Is-sistema navigazzjonali tal-girwiel taʼ denbu bl-istrixxi ġiet bl-evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?