SUĠĠETT PRINĊIPALI
Tista’ Tafdahom l-Aħbarijiet?
ĦAFNA nies jiddubitaw dak li jaqraw u jisimgħu fl-
Ħafna ġurnalisti u l-
NEGOZJANTI TAL-
MIDJA. Xi sorsi importanti tal- aħbarijiet huma l- proprjetà taʼ xi kumpaniji kbar. Dawn il- kumpaniji għandhom influwenza qawwija fuq liema stejjer jiġu rrapportati, kif jiġu ppreżentati, u kemm jingħataw prominenza. Minħabba li l- biċċa l- kbira tal- kumpaniji jagħmlu l- qligħ, id- deċiżjonijiet li jieħdu s- sorsi tal- aħbarijiet jistgħu jkunu mmotivati minn interessi ekonomiċi. Stejjer li jistgħu jtellfu l- qligħ tas- sidien taʼ aġenzija tal- aħbarijiet ma jiġux irrapportati. GVERNIJIET. Ħafna minn dak li nsiru nafu mill-
midja għandu x’jaqsam mal- politikanti u l- azzjonijiet tal- gvern. Il- gvernijiet iridu jikkonvinċu lill- pubbliku biex jappoġġa l- politika u l- uffiċjali tagħhom. U ladarba l- midja teħtieġ materjal mill- gvern, il- ġurnalisti u s- sorsi tal- gvern kultant jikkooperaw flimkien. REKLAMAR. Fil-
maġġoranza tal- pajjiżi, is- sorsi tal- midja jridu jaqilgħu l- flus biex ma jfallux, u ħafna minn dan jiġi mir- reklamar. Fl- Istati Uniti, bejn 50 u 60 fil- mija mill- qligħ tar- rivisti jiġi mir- reklamar, dak tal- gazzetti 80 fil- mija, u tat- TV u r- radju kummerċjali 100 fil- mija. Bir- raġun, dawk li jirreklamaw ma jridux jisponsorjaw programmi li jitfgħu dell ikrah fuq il- prodotti jew fuq is- servizzi tagħhom. Jekk dak li aġenzija tal- aħbarijiet qed tipproduċi ma jogħġobhomx, huma jistgħu jirreklamaw band’oħra. B’dan f’moħħhom l- edituri jistgħu ma jippubblikawx stejjer tal- aħbarijiet li jixħtu dell ikrah fuq dawk li jirreklamaw magħhom. DIŻONESTÀ. Mhux ir-
riporters kollha huma onesti. Xi ġurnalisti jivvintaw l- istejjer. Pereżempju, ftit snin ilu, riporter fil- Ġappun ried jikteb artiklu dwar kif il- bugħaddasa kienu qed jagħmlu l- ħsara lill- qroll f’Okinawa. Wara li ma sab ebda qroll ivvandalizzat, hu stess għamel ħsara lil ftit minnu u mbagħad ġibidlu xi ritratti. Ir- ritratti jistgħu wkoll jiġu mbagħbsin biex il- pubbliku jiġi mqarraq. It- teknoloġija tat- tbagħbis tar- ritratti mxiet ’il quddiem, u hu prattikament impossibbli li tinduna b’ċerti bidliet. INFLUWENZA. Anki jekk il-
fatti huma sodi bħall- blat, kif jiġu ppreżentati jiddependi mill- fehma tal- ġurnalist. Liema fatti għandhom jiġu inklużi fi storja, u liema għandhom jitħallew barra? Pereżempju, tim tal- futbol setaʼ tilef logħba b’żewġ gowls. Dan fatt. Imma r- raġuni għala tilef hu rakkont li l- ġurnalist jistaʼ jgħid b’diversi modi. DETTALJI NEQSIN. Hu u jiġbor il-
fatti biex jikteb storja konvinċenti, ġurnalist spiss iħalli barra dettalji li jikkomplikaw l- affarijiet u kwistjonijiet li ma ġewx solvuti. Dan iwassal biex ċerti fatti jiġu esaġerati u oħrajn imċekknin. Peress li l- preżentaturi u r- riporters kultant ikollhom jgħidu storja kkomplikata f’minuta jew tnejn, xi dettalji importanti jistgħu jitħallew barra. KOMPETIZZJONI. Hekk kif f’dawn l-
aħħar snin in- numru tal- istazzjonijiet tat- TV żdied, il- ħin li t- telespettaturi jqattgħu jaraw stazzjon wieħed biss naqas ġmielu. Sabiex iżommu t- telespettaturi interessati, l- istazzjonijiet tal- aħbarijiet kienu mġegħlin joffru xi ħaġa unika jew divertenti. Hu u jitkellem fuq dan l- iżvilupp, il- ktieb Media Bias jgħid: “L- aħbarijiet [tat- TV] bdew kważi l- ħin kollu juru ritratti magħżulin biex jaħsdu jew jeċċitaw u l- istejjer ġew imqassrin biex jikkorrispondu mal- ħin [li dejjem jiqsar] taʼ kemm idumu jagħtu kas it- telespettaturi.” ŻBALJI. Minħabba li huma umani, il-
ġurnalisti jagħmlu żbalji ġenwini. Kelma miktuba ħażin, koma mhix f’postha, żball fil- grammatika—dawn kollha jistgħu jgħawġu t- tifsira taʼ sentenza. Il- fatti jistgħu ma jkunux iċċekkjati sew. In- numri wkoll jistgħu jfixklu ġurnalist li biex iħaffef jilħaq ilesti fil- ħin jistaʼ faċilment jittajpja 10,000 minflok 100,000. KALKOLI FOLOZ. Li tagħmel rapport eżatt mhux faċli daqskemm wieħed jaħseb. Dak li jidher li hu fatt illum jistaʼ jiġi pprovat li jkun żbaljat l-
għada. Pereżempju, fl- antik kienu jemmnu li d- dinja kienet iċ- ċentru tas- sistema solari tagħna. Issa nafu li d- dinja ddur max- xemx.
Bżonn Għal Bilanċ
Waqt li jkun għaqli li ma nemmnux kulma naqraw fl-
Il-
MIN JIPPROVDI R-
RAPPORT: Ġej ir- rapport minn sors li tistaʼ tafdah, persuna jew organizzazzjoni taʼ awtorità? Il- programm jew il- pubblikazzjoni għandha reputazzjoni taʼ serjetà jew taʼ sensazzjonaliżmu? Min jipprovdi l- fondi għas- sors tal- aħbar? SORSI: Hemm evidenza taʼ riċerka fil-
fond? L- istorja hi bbażata fuq sors wieħed biss? Is- sorsi huma taʼ min joqgħod fuqhom, imparzjali, u newtrali? Huma bbilanċjati, jew intgħażlu biex jagħtu biss opinjoni waħda? SKOP: Staqsi lilek innifsek: ‘L-
iskop tal- aħbar hu primarjament biex jinforma jew għad- divertiment? Qed jipprova jbigħ jew jappoġġa xi ħaġa?’ TON: Meta t-
ton taʼ aħbar hu rrabjat, vendikattiv, jew kritiku żżejjed, dan jagħti x’jifhem li għaddej xi attakk u mhux li hemm diskussjoni rraġunata. KONSISTENZA: Huma l-
fatti konsistenti maʼ dawk f’artikli jew rapporti oħrajn? Jekk l- istejjer jikkontradixxu lil xulxin, oqgħod attent! FIL-
WAQT: L- informazzjoni hi reċenti biżżejjed biex tkun aċċettabbli? Xi ħaġa li kien maħsub li kienet korretta 20 sena ilu tistaʼ tkun bla siwi llum. Mill- banda l- oħra, jekk l- aħbar tkun storja li għadha qed tiżvolġi, forsi l- informazzjoni ma tkunx kompleta jew komprensiva.
Mela, tistaʼ tafdahom l-