Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kun Af il-Fatti

Kun Af il-Fatti

Il-Problema

Spiss il-​preġudizzju jkun ibbażat fuq informazzjoni żbaljata. Ara l-​eżempji li ġejjin:

  • Dawk li jimpjegaw lin-​nies jemmnu b’mod żbaljat li n-​nisa mhumiex kwalifikati għal xogħlijiet xjentifiċi jew tekniċi.

  • Madwar elf sena ilu, il-​Lhud ġew akkużati b’mod falz li vvalenaw il-​bjar u xerrdu l-​mard. Matul il-​ħakma Nazista, il-​Lhud reġgħu ġew akkużati. Imma din id-​darba f’li kkaġunaw il-​kriżi ekonomika fil-​Ġermanja. B’hekk, il-​Lhud saru vittmi taʼ preġudizzju estrem, u ftit minnu għadu magħna sal-​lum.

  • Ħafna nies jikkonkludu b’mod żbaljat li kull persuna b’diżabilità hija mdejqa jew irrabjata.

Nies li jemmnu affarijiet bħal dawn isibu eżempji li jappoġġaw il-​preġudizzju tagħhom. U huma jaħsbu li kull min ma jaqbilx magħhom huwa injorant.

Prinċipju mill-​Bibbja

“Mhux tajjeb li wieħed ma jkollux għarfien.”—PROVERBJI 19:2.

Xi jfisser? Jekk ma nkunux nafu l-​fatti, se nieħdu deċiżjonijiet ħżiena. Jekk nemmnu dak li jgħidu n-​nies minflok ma nemmnu l-​fatti, aħna se niġġudikaw lil oħrajn ħażin.

Li Nafu l-​Fatti Kif Se Jgħinna?

Meta nsiru nafu n-​nies sew, m’aħniex se nemmnu l-​affarijiet foloz li nies oħrajn jgħidu dwarhom. U meta nirrealizzaw li l-​affarijiet negattivi li n-​nies jgħidu dwar ċertu grupp ma jkunux veri, m’aħniex se nemmnu malajr dak li nisimgħu.

Dak li Tistaʼ Tagħmel

  • In-​nies iħobbu jpoġġu lil gruppi taʼ nies f’keffa waħda. Imma tajjeb niftakru li ħafna minn dak il-​grupp ma jkollhomx kwalitajiet ħżiena.

  • Ftakar li int jistaʼ ma jkollokx l-​informazzjoni kollha dwar oħrajn.

  • Ipprova ġib il-​fatti minn sors li tafda fih.