Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

PROĠETT GĦALL-ISTUDJU

Kun Kuraġġuż Meta n-Nies Ikunu Kontrik

Kun Kuraġġuż Meta n-Nies Ikunu Kontrik

Aqra Ġeremija 38:​1-13 biex titgħallem mill-kuraġġ tal-profeta Ġeremija u l-ewnuku Għebed-melek.

Tgħallem iktar mill-kuntest. Ġeremija għala kellu bżonn il-kuraġġ biex jipprietka l-messaġġ taʼ Ġeħova? (Ġer. 27:​12-14; 28:​15-17; 37:​6-10) Dawk li semgħu l-messaġġ x’għamlu?—Ġer. 37:​15, 16.

Fittex iktar dettalji. In-nies li kienu kontra Ġeremija x’riduh jagħmel? (jr 26-27 ¶20-22) Ara kif kienet tkun ġiebja fil-passat u għal xiex kienet tintuża. (it-1-E 471) Kif taħseb li kien qed iħossu Ġeremija meta kien fil-ġiebja mimlija ħama? Minn xiex taħseb li kien qed jibżaʼ Għebed-melek?—w12-E 5/1 31 ¶2-3.

Aħseb x’tistaʼ titgħallem. Staqsi lilek innifsek:

  • ‘Ir-rakkont x’jgħallimna dwar kif Ġeħova jipproteġi lill-qaddejja leali tiegħu?’ (Slm. 97:10; Ġer. 39:​15-18)

  • ‘F’liema sitwazzjonijiet se jkolli nuri l-kuraġġ?’

  • ‘X’jistaʼ jgħinni nkun iktar kuraġġuż biex nagħmel dak li hu tajjeb meta n-nies ikunu kontrija?’ (wp11-E 3/1 30) a

a Għal iktar ideat dwar xiex tistudja, ara “Idea Biex Tistudja” f’​It-Torri tal-Għassa taʼ Lulju 2023.