X’tgħid il-Bibbja?
X’inhi Armageddon?
Xi nies jemmnu . . .
li se tkun qerda globali b’armi nukleari jew qerda ambjentali. Int x’taħseb?
Dak li tgħid il-Bibbja
Armageddon hi “l-gwerra tal-jum il-kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox,” il-gwerra tiegħu kontra dawk mill-agħar.—Rivelazzjoni 16:14, 16.
X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-Bibbja?
Alla mhux se jiġġieled il-gwerra t’Armageddon biex jeqred l-art, imma biex isalvaha minn dawk li qed jeqirduha.—Rivelazzjoni 11:18.
Il-gwerra t’Armageddon se ttemm il-gwerer kollha.—Salm 46:8, 9.
Huwa possibbli li nsalvaw mill-gwerra t’Armageddon?
Int kieku x’tgħid?
Iva
Le
Forsi
Dak li tgħid il-Bibbja
“Folla kbira” mill-ġnus kollha se jsalvaw “mit-tribulazzjoni l-kbira,” li se tintemm bil-gwerra t’Armageddon.—Rivelazzjoni 7:9, 14.
X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-Bibbja?
Alla jrid li jsalvaw kemm jistaʼ jkun nies f’Armageddon. Hu jeqred lill-ħżiena biss meta ma jkunx hemm triq oħra.—Eżekjel 18:32.
Il-Bibbja tispjega kif nistgħu nibqgħu ħajjin f’Armageddon.—Sofonija 2:3.