Meta ‘r-Riħ Ikun Kontra Tagħna’
Meta jiddeskrivi l-esperjenza li ġrat vera lid-dixxipli taʼ Ġesù hekk kif kienu qed jissaraw biex jaqsmu l-Baħar tal-Galilija fuq dgħajsa, il-kittieb taʼ l-Evanġelju, Mark, jgħid li huma bdew “ibatu biex jaqdfu, għax ir-riħ kien kontra tagħhom.” Waqt li kien għadu f’xatt il-baħar, Ġesù ra l-istat imwiegħer tagħhom u mirakolożament mexa fuq il-baħar sabiex jilħaqhom. Meta daħal fid-dgħajsa magħhom, ir-riħ batta.—Mark 6:48-51, NW.
L-istess kittieb tal-Bibbja rrapporta li f’okkażjoni iktar kmieni, kien “qam riefnu kbir.” Fi qbil maʼ dan, Ġesù “ordna lir-riħ . . . u r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira.”—Mark 4:37-39.
Għalkemm illum m’għandniex il-privileġġ li naraw ġrajjiet mirakolużi bħal dawn, nistgħu nitgħallmu ħafna minnhom. Bħala bnedmin imperfetti li qed ngħixu fi żminijiet perikolużi, m’aħniex meħlusin mill-irjieħ t’avversità. (2 Timotju 3:1-5) Fil-fatt, xi drabi nistgħu nħossu li n-niket li nkunu għaddejjin minnu minħabba xi provi persunali jkun laħaq il-qawwa taʼ riefnu. Imma hemm serħan! Ġesù jestendi l-istedina: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.”—Mattew 11:28.
Meta jkun jidher li ‘r-riħ ikun kontra tagħna,’ aħna nistgħu nesperjenzaw “kalma kbira” f’qalbna. Kif? Billi nafdaw fil-wegħdi li ma jfallux t’Alla Jehovah.—Qabbel Isaija 55:9-11; Filippin 4:5-7.