IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Ottubru 2014

Din il-ħarġa fiha l-artikli għall-istudju mill-1 sat-28 ta’ Diċembru 2014.

Offrew lilhom infushom minn rajhom—Fit-Tajwan

Iktar minn 100 Xhud ta’ Ġeħova ġew jgħixu hawn biex jaqdu fejn il-bżonn għal pubblikaturi tas-Saltna hu kbir. Ħu pjaċir bl-esperjenzi tagħhom u sir af x’għenhom ikollhom suċċess.

Għandek fidi li ma titħarrikx fis-Saltna?

Ġeħova uża sitt pattijiet biex jiggarantixxi li Saltnatu se twettaq l-iskop tiegħu. Dawn il-pattijiet kif jistgħu jgħinuna nsaħħu l-fidi tagħna?

Issiru “saltna ta’ qassisin”

L-aħħar tlieta minn serje ta’ sitt pattijiet jistgħu jqanqluna biex nafdaw fis-Saltna t’Alla u biex nippritkaw l-aħbar tajba tagħha lil oħrajn.

BIJOGRAFIJA

Ġrajjiet importanti fil-ħajja tiegħi ta’ servizz tas-Saltna

Mildred Olson qdiet lil Ġeħova għal iktar minn 75 sena, inkluż kważi 29 sena bħala missjunarja f’El Salvador. X’jgħinha tibqa’ attiva?

Għożż il-privileġġ tiegħek li taħdem ma’ Ġeħova!

Xi jqanqal lil dawk li jqimu lil Ġeħova biex ipoġġu l-interessi tas-Saltna l-ewwel?

“Żommu moħħkom fiss fuq l-affarijiet ta’ fuq”

Dawk li għandhom it-tama li jgħixu għal dejjem fuq l-art għala jżommu moħħhom fiss fuq l-affarijiet tas-sema? Kif jistgħu jagħmlu dan?