Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IBQAʼ ATTENT!

Il-Qima tal-Istatwi—X’Tgħid il-Bibbja?

Il-Qima tal-Istatwi—X’Tgħid il-Bibbja?

 Skont il-Catholic News Service, waqt ċerimonja fil-Bażilika taʼ San Pietru li saret fil-25 taʼ Marzu 2022, il-Papa Franġisku kien quddiem statwa taʼ Marija “b’għajnejh magħluqin u rasu baxxuta jitlob f’qalbu.” Hu “talab bil-ħerqa lil Marija” għall-paċi. Rapport tal-Vatican News qal li “l-Papa talab l-Att taʼ Konsagrazzjoni għall-umanità, speċjalment għar-Russja u l-Ukrajna, lill-Qalb Immakulata taʼ Marija.”

 Int x’taħseb? Huwa xieraq li titlob quddiem l-istatwi jew li tużahom fil-qima? Ikkunsidra l-versi tal-Bibbja li ġejjin:

  •   “Tagħmilx għalik xi xbieha skolpita jew forma bħal xi ħaġa li hemm fis-smewwiet ’il fuq, jew li hemm fuq l-art taħt, jew li hemm fl-ilmijiet taħt l-art. Tmilx quddiemhom u lanqas tiġi mħajjar biex taqdihom, għaliex jien Ġeħova Alla tiegħek, jien Alla li nesiġi devozzjoni esklużiva.”—Eżodu 20:4, 5. a

  •   “L-idoli tagħhom huma fidda u deheb, Xogħol idejn il-bniedem. Fomm għandhom, imma ma jistgħux jitkellmu; għajnejn għandhom, imma ma jistgħux jaraw; widnejn għandhom, imma ma jistgħux jisimgħu. Imnieħer għandhom, imma ma jistgħux ixommu. Idejn għandhom, imma ma jistgħux iħossu. Saqajn għandhom, imma ma jistgħux jimxu; ma jlissnu ebda ħoss b’gerżumithom. Dawk li jagħmluhom isiru bħalhom, dawk kollha li jafdaw fihom.”—Salm 115:4-8.

  •   “Jien Ġeħova. Dak hu ismi; u lil ħadd iktar ma nagħti l-glorja tiegħi, lanqas it-tifħir tiegħi lix-xbihat minquxin.”—Isaija 42:8.

  •   “Aħarbu mill-idolatrija.”—1 Korintin 10:14.

  •   “Ħarsu ruħkom mill-idoli.”—1 Ġwanni 5:21.

 Għal iktar informazzjoni dwar dak li tgħid il-Bibbja fuq l-użu tal-istatwi fil-qima, aqra l-artiklu “Il-Ħarsa tal-Bibbja—Ix-Xbihat” jew ara l-vidjow Jaċċetta Alla li Nużaw Statwi Biex Inqimuh?

 Għandek mnejn tkun interessat f’dak li tgħid il-Bibbja dwar dawn is-suġġetti:

Photo credit: Vincenzo Pinto/AFP via Getty Images

a Ġeħova huwa l-isem personali t’Alla. (Salm 83:18) Ara l-artiklu “Min hu Ġeħova?