Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Surasak Suwanmake/Moment via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

Sħana Estrema fis-Sajf tal-2023—X’Tgħid il-Bibbja?

Sħana Estrema fis-Sajf tal-2023—X’Tgħid il-Bibbja?

 Nies madwar id-dinja qed jissaportu sħana kbira iżjed minn qatt qabel u diżastri naturali oħra minħabba dan it-temp estrem. Ara dawn ir-rapporti:

  •   “Ġunju 2023 kien l-iktar xahar sħun f’dawn l-aħħar 174 sena minn meta bdew iżommu rekord tat-temperatura.”—National Oceanic and Atmospheric Administration, U.S. Department of Commerce, 13 taʼ Lulju 2023.

  •   “L-Italja, Spanja, Franza, il-Ġermanja u l-Polonja kollha għaddejjin minn heatwave. U t-temperatura fil-gżejjer taʼ Sqallija u Sardinja qed jistennew li se titlaʼ sa 48°C. Dawn jistgħu jkunu l-iżjed temperaturi għoljin li qatt ġew irrekordjati fl-Ewropa.”—European Space Agency, 13 taʼ Lulju 2023.

  •   “Hekk kif id-dinja tkompli tisħon, nistgħu nistennew li ħa naraw iktar maltempati kbar u iktar taʼ spiss. Minħabba f’hekk iżjed postijiet se jgħerqu bix-xita.”—Stefan Uhlenbrook, direttur tal-hydrology, ilma u cryosphere fil-World Meteorological Organization, 17 taʼ Lulju 2023.

 Rapporti tat-temp bħal dawn jinkwetawk? Aħseb dwar x’tgħid il-Bibbja fuq dan is-suġġett importanti.

Il-Bibbja tkellmet dwar dan it-temp estrem?

 Iva. Sħana kbira u temp estrem ieħor madwar id-dinja jaqbel maʼ dak li qalet il-Bibbja li kellu jiġri fi żmienna. Pereżempju, Ġesù qal li se naraw “affarijiet tal-biżaʼ u sinjali kbar mis-sema.” (Luqa 21:11) Minħabba li t-temperaturi qed jogħlew, ħafna nies jibżgħu li se neqirdu d-dinja.

Id-dinja se tispiċċa ma nistgħux ngħixu fiha?

 Le. Alla għamel id-dinja biex ngħixu fiha għal dejjem, u mhux ħa jħalli lin-nies jeqirduha. (Salm 115:16; Ekkleżjasti 1:4) Fil-fatt, hu jwiegħed li se ‘jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-art.’—Rivelazzjoni 11:18.

 Il-Bibbja turi li Alla kapaċi jipproteġi d-dinja milli tinqered u hekk se jagħmel.

  •   “[Alla] jikkalma r-riefnu, u l-mewġ ibatti.” (Salm 107:29) Alla għandu l-qawwa li jikkontrolla t-temp. Hu kapaċi jirranġa l-problemi tat-temp li minħabba fihom in-nies qed ibatu.

  •   “Int tieħu ħsieb l-art; għamiltha b’ħamrija tajba u tipproduċi b’abbundanza.” (Salm 65:9) B’dak li se jagħmel Alla, id-dinja se tinbidel f’ġenna.

 Biex issir taf iżjed dwar din il-wegħda tal-Bibbja, ara l-artiklu “Who Will Save the Earth?