Ġesù Huwa Alla li Jistaʼ Kollox?
It-tweġiba tal-Bibbja
L-opponenti taʼ Ġesù akkużawh li għamel lilu nnifsu ugwali għal Alla. (Ġwanni 5:18; 10:30-33) Madankollu, Ġesù qatt ma stqarr li hu fl-istess livell t’Alla li Jistaʼ Kollox. Hu qal: “Il-Missier akbar minni.”—Ġwanni 14:28.
Id-dixxipli tal-bidu taʼ Ġesù ma kinux iqisuh bħala li hu ugwali għal Alla li Jistaʼ Kollox. Pereżempju, l-appostlu Pawlu kiteb li wara li ġie rxoxtat Ġesù, Alla “eżaltah [lil Ġesù] għal pożizzjoni superjuri.” Ovvjament, Pawlu ma kienx jemmen li Ġesù kien Alla li Jistaʼ Kollox. Inkella, Alla kif setaʼ jeżalta lil Ġesù għal pożizzjoni superjuri?—Filippin 2:9.